6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo fis-27 ta' Lulju 2007 — Sopropé — Organizações de Calçado, Lda vs Fazenda Pública

(Kawża C-349/07)

(2007/C 235/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sopropé — Organizações de Calçado, Lda.

Konvenuta: Fazenda Pública.

Domandi preliminari

1)

It-terminu ta' bejn 8 (tmien) u 15 (ħmistax)-il ġurnata stabbilit mill-Artikolu 60(6) tal-Lei Geral Tributária (Liġi Ġenerali ta' Taxxa) u l-Artikoli 60( 2) tar-Regime Complementar do Procedimento de Inspecção Tributária (Regolament Addizzjonali tal-Proċediment ta' Spezzjoni tat-Taxxa), approvat bid-Digriet-Liġi Nru 413/98 tal-31 ta' Diċembru, għall-għanjiet ta' eżerċizzju orali jew bil-miktub tad-dritt tal-persuna taxxabbli li tinstema', huwa konformi mal-prinċipju tad-drittijiet tad-difiża?

2)

It-terminu ta' 13 (tlettax)-il ġurnata, meqjus li jibda jiddekorri min-notifika li ssir mill-awtorità tad-dwana lil importatur Komunitarju (f'dan il-każ ditta żgħira Portugiża ta' negozju ta' żraben) sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu ta' smigħ preventiv fi 8 (tmient) ijiem u d-data tan-notifika sabiex jitħallsu d-dazji fuq l-importazzjoni f'10 (għaxart) ijiem, fir-rigward ta' 52 tranżazzjoni ta' importazzjoni ta' żraben mil-Lvant Imbiegħed skond is-sistema SPG magħmula fi żmien sentejn u nofs (bejn l-2000 u nofs is-sena 2002), jistax ikun ikkunsidrat terminu raġjonevoli għall-importatur sabiex jeżerċita d-dritt tad-difiża tiegħu?