6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (Il-Ġermanja) fis-27 ta' Lulju 2007 — Turgay Semen vs Deutsche Tamoil GmbH

(Kawża C-348/07)

(2007/C 235/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg (Il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Turgay Semen.

Konvenuta: Deutsche Tamoil GmbH.

Domandi preliminari

1)

Huwa konformi ma' l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta' Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1), li d-dritt ta' l-aġent kummerċjali għal kumpens ikun limitat mit-telf ta' kummissjoni tiegħu li jirriżulta mit-terminazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali, anki meta l-vantaġġi miżmuma mill-intraprenditur għandhom ikunu kkunsidrati bħala superjuri?

2)

Fil-każ fejn l-intraprenditur jappartjeni għal grupp ta' kumpanniji, il-vantaġġi li ħadu l-kumpanniji tal-grupp jagħmlu parti minn dawn il-vantaġġi?


(1)  ĠU L 382, p. 17.