6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgerichts Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-27 ta' Ġunju 2007 — Hans & Christophorus Oymanns GbR, Orthopädie Schuhtechnik vs AOK Rheinland/Hamburg

(Kawża C-300/07)

(2007/C 235/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgerichts Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hans Christophorus Oymanns GbR, Orthopädie Schuhtechnik

Konvenuta: AOK Rheinland/Hamburg.

Domandi preliminari

1.

a)

Jekk il-kriterju ta' “ffinanzjati […] mill-Istat” previst fl-Artikolu 1(9), it-tieni paragrafu, l-ittra (ċ), l-ewwel alternattiva, tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għtoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istat jimponi l-asigurazzjoni kontra l-mard, kif ukoll l-obbligu ta' ħlas tal-kontribuzzjonijiet, li l-ammont tagħhom jiddependi fuq id-dħul, tal-fondi rispettivi ta' assigurazzjoni, li jistabbilixxu r-rata ta' kontibuzzjoni, iżda li huma konnessi bejniethom għar-raġunijiet spjegati fid-detall fil-motivazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' l-obbligi ta' kull waħda minn dawn hija ggarantita;

b)

Jekk il-kriterju previst fl-Artikolu 1(9), it-tieni paragrafu, l-ittra (ċ), it-tieni alternattiva tad-Direttiva, li jipprovdi li “[huma…] suġġetti għas-superviżjoni mani[ġ]erjali minn dawk il-korpi” għandux jiġi interpretat fis-sens li sorveljanza Statali li tirrigwarda kummerċ li qed iseħħ jew li ser iseħħ fil-ġejjieni, eventwalment akkumpanjata minn possibbiltajiet ta' intervent spjegati fil-motivazzjoni, hijiex suffiċjenti sabiex tissodissfa dan il-kriterju;

2)

Fil-każ fejn ir-risposta għall-ewwel domanda għal deċiżjoni preliminari, (a) jew (b) tingħata fl-affermattiv, jekk l-ittri (ċ) u (d) ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva għandhomx jiġu interpretati fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' oġġetti prodotti u adattati individwalment għall-eżiġenzi tal-klijenti rispettivi u l-fatt li jagħtu pariri individwali lill-klijenti dwar l-użu ta' dawn l-oġġetti għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt l-ambitu ta' “kuntratti għal provvisti pubbliċi” jew ta' “kuntratti għal servizzi pubbliċi”; jekk għal din ir-raġuni għandux jittieħed in kunsiderazzjoni il-valur biss tas-servizzi rispettivi;

3)

Fil-każ li t-tqegħid għad-dispożizzjoni msemmi fit-tieni domanda għandu jitqies bħala “kuntratt għal servizzi pubbliċi”, jekk l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva, b'mod differenti minn ftehim ta' qafas fis-sens l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li “konċessjoni tas-servizz” tfisser ukoll l-għoti ta' appalt li fih:

id-deċiżjoni fuq jekk u f'liema każijiet il-kuntarattur jirċievi ordnijiet individwali ma titteħidx mill-kuntrattur iżda minn terzi;

il-ħlas tal-kuntrattur huwa mwettaq mill-klijent, peress li dan ta' l-aħħar, skond il-liġi, huwa debitur tal-ħlas u obbligat jforni s-servizzi fil-konfront ta' terzi, u

il-kuntrattur, qabel ma jirċievi t-talba ta' terzi, mhuwiex marbut iforni u lanqas joffri ebda servizz.


(1)  ĠU L 134, p. 114.