|
6.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-134/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Dritt ta' stabbiliment - Irkupru extraġudizzjarju ta' djun)
(2007/C 235/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: E. Traversa, aġent]
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I.M. Braguglia u P. Gentili, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 49 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta l-attività ta' l-irkupru extraġudizzjarju ta' krediti għall-għoti ta' liċenzja li l-validità tagħha hija limitata għat-territorju tal-provinċja fejn ġiet mogħtija.
Dispożittiv
|
1) |
Billi timponi, fil-kuntest tat-Test Uniku tal-Liġijiet dwar is-Sigurtà Pubblika (Testo Unico delle Leggi di Pubblica Sicurezza), approvat mid-Digriet Irjali Nru 773, tat-18 ta' Ġunju 1931, l-obbligu, fuq kull impriża li teżerċita l-attività ta' rkupru extraġudizzjarju ta' djun:
|
|
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
|
3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu, kull waħda min-naħa tagħha, l-ispejjeż tagħhom. |