28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 228/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4735 — OSRAM/Sunny World)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 228/05)

1.

Fl-20 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża OSRAM GmbH (“OSRAM”, il-Ġermanja) kontrollata minn Siemens AG, il-Ġermanja takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' l-intier ta' l-impriża Sunny World Ltd (“Sunny World”, Hong Kong) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal OSRAM: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' firxa wiesgħa ta' prodotti tad-dawl bħal lampi, oġġetti li jdawlu u alimentaturi,

għal Sunny World: l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' Lampi Florexxenti Kompatti integrati (CFLi) u Lampi Inkandexxenti ta' Użu Ġenerali (GLS).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4735 — OSRAM/Sunny World, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.