27.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 227/10 |
Sejħa għall-Proposti: Servizzi ta' appoġġ għan-negozji u l-innovazzjoni
(2007/C 227/04)
1. Kuntest
Il-Programm ta' Qafas għall-Kompettività u l-Innovazzjoni (CIP — Competitiveness and Innovation Framework Programme) kien stabbilit biex jikkontribwixxi lejn il-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-Komunità b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet ta' l-Impriżi Żgħar u Medji (SMEs). Dan jgħaqqad flimkien bosta attivitajiet eżistenti ta' l-UE li jappoġġaw lin-negozju u l-innovazzjoni.
Bħala wieħed mill-komponenti ewlenin tal-Programm għall-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni (EIP — Entrepreneurship and Innovation Programme), wieħed mit-tliet sottoprogrammi tas-CIP, il-Kummissjoni Ewropea timplimenta miżura biex tipprovdi l-SMEs b'servizzi integrati ta' appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni. Dawn is-servizzi se jitwasslu permezz ta' netwerk waħdieni li għandu jiġi stabbilit permezz ta' din is-sejħa għall-proposti. L-Artikolu 21 (CIP) u l-Anness III (CIP) jagħtu d-dettalji tal-qafas globali li fih għandhom jitwasslu dawn is-servizzi (1).
— |
L-ewwel sejħa għall-proposti rriżultat fl-għoti ta' proposti għas-servizzi b'appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni li se jkopru l-biċċa l-kbira mit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea (2). Din is-sejħa għall-proposti għandha l-għan li taqdi ż-żoni ġeografiċi li mhumiex koperti u li tfaċċaw wara l-ewwel sejħa għall-proposti u hija ristretta għal dawk it-territorji li jissodisfaw il-kriterji deskritti fil-punt 7 hawn taħt. |
L-elementi ewlenin ta' din is-sejħa jikkonċernaw:
— |
Il-provvista ta' netwerk integrat u operattiv ta' servizzi ta' appoġġ għan-negozju fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba min-netwerks attwalment operattivi, jiġifieri l-270 Ċentru Euro Info (EIC — Euro Info Centre) u l-250 Ċentru Relay għall-Innovazzjoni (IRC — Innovation Relay Centre); |
— |
Iż-żieda fis-sinerġiji fost is-sħab kollha tan-netwerk, bil-għan li jkun żgurat l-għoti ta' servizzi integrati; |
— |
Aċċess imtejjeb u prossimità għall-SMEs għas-servizzi (il-kunċett ta' “M'hemmx bieb ħażin”); |
— |
Proċeduri amministrattivi eħfef; |
— |
Professjonaliżmu u kwalità tas-servizzi mogħtija. |
F'dan il-kuntest, kwalunkwe proposta li direttament jew indirettament tmur kontra l-politika ta' l-UE jew kontra s-saħħa pubblika, id-drittijiet umani, is-sigurtà taċ-ċittadini u l-libertà ta' l-espressjoni, mhux se tiġi aċċettata.
2. L-għanijiet
L-għan ewlieni ta' din is-sejħa huwa li tiġi kkompletata l-kopertura ġeografika għal, netwerk waħdieni li jipprovdi servizzi integrati ta' appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 21 (CIP),.
L-għanijiet individwali huma li:
— |
Jiżdiedu s-sinerġiji fost is-sħab fin-netwerk permezz tal-provvista ta' servizzi integrati; |
— |
Iż-żamma u t-titjib kontinwu ta' l-aċċess, il-prossimità, il-kwalità u l-professjonaliżmu tas-servizzi integrati pprovduti min-netwerk; |
— |
It-tqajjim ta' kuxjenza — partikolarment fost l-SMEs — fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' politika Komunitarja u s-servizzi offruti min-netwerk, inkluż it-titjib tal-kuxjenza ambjentali u l-eko-effiċjenza ta' l-SMEs u l-politika ta' Koeżjoni u l-fondi Strutturali; |
— |
Il-konsultazzjoni ma' negozji u l-ksib ta' l-opinjonijiet tagħhom dwar l-għażliet ta' politika Komunitarja; |
— |
L-iżgurar li n-netwerk joffri komponenti komplemetari ma' fornituri ta' servizzi rilevanti oħra; |
— |
It-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-partijiet kollha. |
Biex dawn l-għanijiet jiġu implimentati, il-proposti għandhom jinkludu s-servizzi li ġejjin:
— |
Servizzi ta' informazzjoni, feedback, kooperazzjoni tan-negozji u ta' internazzjonalizzazzjoni (Art. 21.2 (CIP), Modulu a) |
— |
Servizzi għall-innovazzjoni u għat-trasferiment, sew tat-teknoloġija u sew ta' l-għarfien (Art. 21.2 (CIP), Modulu b) |
— |
Serviżżi li jħeġġu l-parteċipazzjoni ta' SMEs fil-Programm ta' Qafas Komunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RTD).(Art. 21.2 (CIP), Modulu c) |
Biex ikunu żgurati servizzi ta' l-ogħla kwalità għall-SMEs u biex jiġi implimentat netwerk waħdieni, id-dispożizzjonijiet ġenerali li ġejjin japplikaw għan-netwerk kollu u għal kull imsieħeb tan-netwerk:
— |
Implimentazzjoni tal-kunċett “M'hemmx bieb ħażin”; |
— |
Eċċellenza, prossimità u professjonaliżmu ta' l-imsieħba tan-netwerk. |
Il-Kummissjoni tistenna li l-proposti minn organizzazzjonijiet waħdiena jew konsorzji jipprovdu servizzi integrati tal-moduli kollha tas-servizzi. Huwa mistenni wkoll li l-proposti juru bilanċ fl-attivitajiet bejn is-servizzi kif deskritti fil- Modulu a u b ta' l -Artikolu 21.2 (CIP) . Is-servizzi marbuta mal- Modulu c ta' l- Artikolu 21.2 (CIP) għandhom ikunu koperti f'kull proposta. Il-prijorità għas-servizzi integrati se tiġi riflessa fil-proċess ta' l-evalwazzjoni u d-deċiżjoni rispettiva dwar l-għoti.
Data skedata għall-bidu ta' l-azzjoni: Jannar 2008.
3. Il-Baġit
L-istima tal-baġit disponibbli għas-sejħa hija ta' 6,8 miljun EUR għall-perjodu 2008-2013, disponibbli għall-pajjiżi u r-reġjuni definiti ta' l-UE27 kif elenkati fil-punt 7. Il-Kummissjoni se tipprovdi kofinanzjament sa massimu ta' 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. Il-persentaġġ finali se jkun suġġett għall-baġit globali disponibbli mitlub mill-applikanti li tintgħażel il-proposta tagħhom, il-baġit totali disponibbli u l-kwalità tal-proposti.
Barra minn hekk, huwa mistenni li l-allokazzjoni tal-baġit fuq il-proposti se tirrifletti l-firxa u l-kumplessità tas-servizzi f'kull modulu b'distribuzzjoni pjuttost uniformi bejn is-servizzi u l-ispejjeż għall-Moduli a u b ta' l-Artikolu 21.2 (CIP). Is-servizzi u l-ispejjeż għall-Modulu c se jikkostitwixxu porzjon iżgħar tal-baġit minn dawk tal-Modulu a jew b, iżda jeħtieġ li jitqiesu b'mod suffiċjenti wkoll.
Filwaqt li m'hemmx allokazzjoni predefinita tal-baġit minn Stat Membru, sa ċertu punt, id-distribuzzjoni se tirrifletti l-kriterji soċjo-ekonomiċi li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor mal-popolazzjoni totali fl-Istati Membri.
4. Ir-Rekwiżiti kuntrattwali
L-applikanti li jiġu magħżula jiffirmaw Ftehim ta' Qafas ta' Sħubija (l-“FPA” — Framework Partnership Agreement) u l-annessi tiegħu, li jinkludu Ftehim Speċifiku ta' Għotja. L-FPA jispeċifika t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali li l-applikanti jkunu mistennija jaqblu magħhom jekk il-proposta tagħhom tintgħażel għall-finanzjament.
L-FPA huwa r-relazzjoni formalizzata bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba tagħha. L-FPA tistipula fid-dettall ir-rwol tal-Kummissjoni u r-rwol ta' l-imsieħba. Jekk ikun konkluż ma' konsorzju, l-FPA jistipula fid-dettall ir-responsabbiltajiet tal-koordinatur u r-responsabbiltajiet ta' l-imsieħba l-oħra.
Il-benefiċjarju għandu jagħti prova tal-kofinanzjament ipprovdut, jew permezz tar-riżorsi tiegħu stess, jew permezz ta' trasferimenti finanzjarji minn partijiet terzi.
Jekk jogħġbok innota li azzjoni waħda tista' twassal għall-għoti ta' għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe msieħeb.
Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li tagħti għotja ta' inqas mill-ammont mitlub mill-applikant. Mhux se jingħataw għotjiet ta' iktar mill-ammont mitlub.
Il-pubblikazzjoni ma tiggarantixxix id-disponibbiltà tal-fondi għall-azzjoni msemmija hawn fuq.
Se tiġi adottata marka tan-netwerk meta jkun il-waqt: l-imsieħba kollha tan-netwerk se jkunu rikjesti li jużawha għall-attivitajiet kollha tan-netwerk u għandhom jippromwovuha b'mod attiv.
5. Il-Kontenut tal-proposti
Il-proposti li għandhom jitressqu għandhom ikunu mqassma fiż-żewġ partijiet li ġejjin:
— |
Proposta għal Strateġija għall-Implimentazzjoni, partikolarment dwar l-integrazzjoni, l-aċċess u l-prossimità tas-servizzi, b'firxa ta' żmien ta' 6 snin (2008-2013) li, għal żona ġeografika speċifika u għal kull servizz iddefinit fl-Artikolu 21.2, il-Moduli a sa c (CIP), l-għanijiet, il-ġustifikazzjoni u l-metodoloġija għall-implimentazzjoni. Dan id-dokument se jikkostitwixxi l-anness I ta' l-FPA jekk il-proposta tintgħażel. |
— |
Programm ta' Ħidma Preliminari li jittraduċi l-istrateġija għall-implimentazzjoni f'azzjonijiet dettaljati matul l-ewwel 36 xahar bl-istima korrispondenti tal-baġit. Dan id-dokument se jikkostitwixxi l-anness I ta' l-ewwel ftehim Speċifiku ta' l-għotja jekk il-proposta tintgħażel. |
Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tar-rendiment tan-netwerk. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni se jkollhom impatt fuq il-Programmi ta' Ħidma li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa tmiem l-2010 biex tħejji l-ftehimiet Speċifiċi ta' l-Għotja li jkun imiss, inkluż, possibbilment, modifika ta' l-arranġamenti tal-finanzjament.
6. Applikanti
Il-proposti jistgħu jsiru minn organizzazzjonijiet singoli bil-ħila li jipprovdi s-servizzi kif deskritt hawn fuq jew minn konsorzji magħmula minn grupp ta' organizzazzjonijiet ospitanti. Madankollu, minħabba d-daqs li x'aktarx ikollhom il-proposti, huwa mistenni li l-maġġoranza tal-proposti jkunu magħmula minn konsorzji.
B'konsorzju wieħed għandu jifhem struttura flessibbli bbażata fuq prassi nazzjonali tajba, u għandu jaqbel ma' l-istruttura domestika tas-servizzi ta' appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni.
Kull konsorzju se jkun rappreżentat minn organizzazzjoni ospitanti li tikkoordina għal skopijiet kuntrattwali u amministrattivi. Għal kwistjonijiet oħrajn il-Kummissjoni se żżomm relazzjonijiet diretti ma' kull organizzazzjoni ospitanti fi ħdan konsorzju u taqsam magħhom il-fehma tagħha dwar kwistjonijiet ta' politika u fehmiet strateġiċi ta' l-iżvilupp tan-netwerk singolu.
Barra minn hekk, kull organizzazzjoni ospitanti se jkollha aċċess dirett għall-prodotti u s-servizzi pprovduti minn struttura ta' appoġġ tekniku u amministrattiv (il-Kummissjoni se tiddelega lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Executive Agency for Competitiveness and Innovation — EACI) l-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet) għall-implimentazzjoni tan-netwerk waħdieni. Se jkun promoss djalogu kostanti bejn din l-istruttura u l-organizzazzjonijiet ospitanti kollha. Dan mhux se jiġi affettwat mir-relazzjoni kuntrattwali bejn din l-istruttura u l-koordinatur tal-konsorzju.
Ma' hemmx limitu teoretiku għall-għadd ta' organizzazzjonijiet ospitanti f'konsorzju. Madankollu, il-ftehimiet ta' koordinament ġeneralment isiru iktar kritiċi hekk kif il-konsorzji jibdew jespandu. L-arranġamenti għall-koordinament intern tal-konsorzji għandu jkun espliċitu u għandu jkun aspett importanti fl-għażla tal-konsorzji.
Il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bi ftehimiet intergovernattivi hija mħeġġa.
7. Il-Kopertura ġeografika
Il-Kummissjoni tfittex li jkollha kopertura ġeografika sħiħa tas-servizzi ta' appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni, mingħajr duplikazzjoni ta' l-attivitajiet fi kwalunkwe żona ġeografika.
L-ewwel sejħa għall-proposti msemmija fil-punt 1 irriżultat fl-għoti ta' proposti għas-servizzi b'appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni li se jkopru l-biċċa l-kbira mit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea. Din is-sejħa għall-proposti primarjament timmira lejn il-mili taż-żoni ġeografiċi li mhumiex koperti u li tfaċċaw wara l-ewwel sejħa għall-proposti u, għalhekk, hija ristretta għal dawn it-territorji fl-Unjoni Ewropea li ġejjin (3).
— |
Franza: Départments d'outre-mer (Kodiċi NUTS: FR9) |
— |
il-Ġermanja: Bremen (DE5) |
— |
il-Lussemburgu: Luxemburg (LU0) |
— |
ir-Rumanija: Macroregiunea unu (RO1), Macroregiunea doi (RO2), Macroregiunea patru (RO4) |
— |
Spanja: Baleares islands (ES53) |
— |
ir-Renju Unit: South West (UKK) |
Għat-territorji li jinsabu fl-UE27, din is-sejħa hija ristretta għal dawk iż-żoni ġeografiċi u l-pajjiżi msemmija hawn fuq.
Barra minn hekk, għal pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, l-ewwel sejħa għall-proposti (ENT/CIP/07/001) irriżultat f'għotjiet għal applikazzjonijiet mill-pajjżi u ż-żoni ġeografiċi li ġejjin, soġġetti għall-konklużjoni b'suċċess tan-negozjati minn dawn il-pajjiżi biex jissieħbu mas-CIP:
— |
iċ-Ċili |
— |
L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja |
— |
l-Iżlanda |
— |
l-Iżrael |
— |
in-Norveġja |
— |
it-Turkija: Istanbul (TR1), Bati Marmara (TR2), EGE (TR3), Bati Anadolu (TR5), Orta Anadolu (TR7), Kuzeydogu Anadolu (TRA) |
Barra minn hekk, ġew ikkunsidrati proposti għall-kooperazzjoni bbażati fuq l-Art. 21.5 (bażi ta' awtofinanzjament) għall-Iżvizzera u l-Armenja.
Għal pajjiżi li mhumiex fl-UE27, din is-sejħa għall-proposti hija ristretta għal dawk iż-żoni ġeografiċi u l-pajjiżi li MHUMIEX koperti mil-lista msemmija hawn fuq.
L-applikanti għandhom jipprovdu fil-proposta tagħhom deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi koerenti, aċċessibbli u integrati li għandhom jiġu offruti fi ħdan żona ġeografika delimitata b'mod ċar. Iż-żona ġeografika koperta mill-proposta għandha għalhekk tkun kbira biżżejjed biex turi li servizzi ta' kwalità se jingħataw lil popolazzjoni sinifikanti fil-mira.
Għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, huwa mistenni li d-daqs tipiku taż-żona ġeografika se jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor man-nomenklatura NUTS1 (4). Konsorzji li japplikaw jistgħu jassenjaw ir-responsabbiltà għall-qadi ta' żoni iżgħar fi ħdan dawn iż-żoni ġeografiċi lil organizzazzjonijiet ospitanti partikolari fi ħdan konsorzju (NUTS2).
Meta l-livell NUTS1 ma jikkorrispondix ma' l-istrutturi domestiċi, jistgħu jitqiesu żoni ġeografiċi alternattivi ta' daqs komparabbli (5).
Il-konsorzja li joffru s-servizzi deskritti f'żona li transnazzjonali huma eliġibbli jekk l-organizzazzjonijiet ospitanti kollha tal-konsorzja jkunu eliġibbli. Konsorzju transnazzjonali għandu juri li s-servizzi taħt il-moduli kollha jkunu aċċessibbli għall-klijenti miż-żona ġeografika koperta, jew permezz ta' għadd suffiċjenti ta' organizzazzjonijiet ospitanti fil-konsorzju jew permezz ta' aċċess mhux diskriminatorju għas-servizzi tal-pajjiżi involuti.
Minkejja li huma eliġibbli formalment, il-konsorzji transnazzjonali li ma joperawx f'żoni ġeografiċi fil-viċinat mhumiex imħeġġa. L-esperjenza wriet li l-valur miżjud minn kooperazzjoni iktar mill-qrib ta' żewġ żoni ġeografiċi separati fi ħdan l-istess konsorzju ma jibbilanċjax l-ispejjeż żejda għall-koordinament. Attivitajiet speċifiċi ta' koordinament bejn żewġ żoni ġeografiċi, jew iktar, jistgħu jiġu inklużi bħala servizzi jew attivitajiet speċjali fil-moduli rispettivi.
Proposti ta' organizzazzjonijiet ospitanti li jixtiequ jipprovdu servizzi f'żoni ġeografiċi li huma ikbar mil-livell NUTS1 ikunu eliġibbli.
8. L-Eliġibbiltà
L-applikanti u l-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex ikunu eliġibbli:
— |
L-applikanti għandhom ikunu entitajiet legali stabbiliti fl-UE ta' 27, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Pajjiżi Kandidati, il-pajjiżi membri taż-ŻEE, il-pajjiżi Balkani tal-Punent u pajjiżi terzi oħra kif iddefinit fl-Artikolu 4 tal-Programm dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni u kif spjegat fit-taqsima V.1 tas-Submission set; |
— |
Entitajiet korporattivi għandhom ikunu kkostitwiti u rreġistrati skond il-liġi; |
— |
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ffirmati, iddatati u kkompletati, permezz tar-rekwiżiti għat-tressiq ta' applikazzjoni kif indikati fit-taqsima 11 ta' dan id-dokument; |
— |
L-applikazzjonijiet għandhom jaslu qabel id-data ta' skadenza; |
— |
Għandhom ikunu eliġibbli biss dawk l-applikazzjonijiet għal proġetti li strettament ma jagħmlux profitt u/jew li l-għan immedjat tagħhom mhuwiex kummerċjali; |
Barra minn hekk, skond l-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002) imsemmi hawn taħt, il-kandidati ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw fil-proċedura ta' l-għoti jekk:
(a) |
ikunu falluti jew ikunu għaddejjin minn proċedura ta' stralċ, l-interessi tagħhom ikunu qed jiġu amministrati mill-qrati, ikunu daħlu f'arranġament mal-kredituri, ikunu ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, ikunu suġġetti għal proċedimenti rigward dawn il-kwistjonijiet, jew ikunu jinsabu fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili skond il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali; |
(b) |
ikunu nstabu ħatja ta' offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħha b'sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata; |
(ċ) |
ikunu nstabu ħatja ta' kondotta professjonali ħażina ħafna, ippruvata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika; |
(d) |
ma jkunux issodisfaw l-obbligi marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas tat-taxxa b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih ikunu stabbiliti jew ma' dawk tal-pajjiż ta' l-awtorità li taġġudika l-kuntratt jew dawk tal-pajjiż fejn għandu jitwettaq il-kuntratt; |
(e) |
kienu s-soġġetti ta' sentenza li għandha l-forza ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, sehem f'organizzazzjoni kriminali jew kull attività illegali oħra li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi finanzjari tal-Komunità; |
(f) |
wara proċedura oħra ta' xiri pubbliku jew proċedura ta' għotja ta' finanzjament mill-baġit tal-Komunità, ġew dikjarati li jinsabu fi ksur serju tal-kuntratt minħabba li ma rrispettawx l-obbligi kuntrattwali tagħhom. |
Permezz tal-“Formola ta' l-Esklużjoni” (mehmuża mas-“Submission Set”), l-applikanti għandhom jagħtu kelmthom li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Madankollu, l-uffiċjal responsabbli għall-awtorizzazzjoni jista' jitlob l-evidenza deskritta fil-“Formola ta' l-Esklużjoni” msemmija hawn fuq. F'każ bħal dan, l-applikanti għandhom ikunu marbuta li jagħtuha din l-evidenza, sakemm ma jkunx hemm impossibbiltà materjali li jagħraf l-uffiċċjal responsabbli għall-awtorizzazzjoni.
Barra minn hekk, u skond l-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju msemmi hawn taħt, l-għotjiet ma jistgħux jingħataw lil kandidati li, matul il-proċedura ta' l-għoti:
(g) |
ikunu suġġetti għal kunflitt ta' interessi; |
(h) |
jkunu ħatjin minn rappreżentazzjoni falza fl-għoti ta' l-informazzjoni mitluba mill-awtorità li taġġudika l-kuntratt bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tal-kuntratt, jew ma jkunux fornew din l-informazzjoni. |
Jekk jogħġbok innota li, skond l-Artikolu 96 tar-Regolament tal-Kunsill — KE, Euratom Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 — dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u skond l-Artikolu 133 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 — kif immodifikat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru1248/2006, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' timponi penalitajiet amministrattivi u finanzjarji fuq applikanti li huma esklużi fir-rigward tal-punti a) sa h) imsemmija hawn fuq.
L-applikanti jistgħu jaġixxu individwalment jew f'konsorzju ma' organizzazzjonijiet sħab; l-imsieħba ta' l-applikanti għandhom jissodisfaw l-istess kriterji ta' eliġibbiltà bħall-applikanti.
9. L-għażla
L-għażla tkun ibbażata fuq il-kapaċità finanzjarja u teknika ta' l-applikant li jwettaq il-proġett propost.
Il-kapaċità finanzjarja
Għall-kapaċità finanzjarja, l-applikanti għandhom juru li għandhom biżżejjed riżorsi stabbli ta' finanzji biex jiżguraw il-kontinwità ta' l-organizzazzjoni ospitanti tagħhom matul il-proġett u biex ikollhom sehem mill-finanzjament tagħha.
Għal dak il-għan, fil-proposta għandhom jinkludu l-kontijiet annwali tagħhom għall-aħħar sentejn finanzjarji (i.e. il-kontijiet tal-profitt u t-telf; il-karta tal-bilanċ). F'konformità ma' l-Artikolu 176 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-verifika tal-kapaċità finanzjarja mhux se tiġi applikata lil entitajiet pubbliċi.
Fejn l-ammont propost mitlub mill-Kummissjoni jisboq l-500 000 EUR għal kull organizzazzjoni ospitanti, rapport ta' verifika dwar dawk il-kontijiet għandu jiġi pprovdut qabel il-konklużjoni ta' l-FPA. Għall-konsorzji li japplikaw, il-limitu li jikkonċerna r-rapport ta' verifika huwa applikabbli fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet ospitanti individwali u mhux fil-livell tal-konsorzju.
Il-kapaċità teknika
Biex tkun evalwata l-kapaċità teknika ta' l-applikanti, dawn għandhom juru li għandhom il-kapaċità operattiva (teknika u ta' tmexxija) biex iwettqu l-operazzjoni u juru l-kapaċità taggħom li jmexxu attività fuq skala kbira li tikkorrispondi mad-daqs tal-proġett deskritt fil-proposta. Parikolarment, it-tim responsabbli għall-proġett għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza professjonali adegwati.
Il-lista ta' kriterji li se tintuża biex tiġi evalwata l-kapaċità teknika hija disponibbli fis-“Submission set”.
L-applikanti għandhom ikunu direttament responsabbli għat-tħejjija u t-tmexxija tal-proġett, u mhux jaġixxu bħala intermedjarji. Għandhom jagħtu tagħrif dwar il-kapaċità li jipprovdu s-servizz u juru l-esperjenzi tagħhom f'xogħol ma' partijiet oħrajn, fi proġetti transnazzjonali u fl-għoti tas-servizzi mistennija.
10. L-Għotja
Se ssir evalwazzjoni tal-kwalità tal-proposti, inkluż il-baġit propost skond il-kriterji ta' l-għoti li ġejjin:
|
/30 |
||
|
/30 |
||
|
/15 |
||
|
/10 |
||
|
/15 |
||
Punteġġ totali massimu |
/100 |
Jekk jinkiseb punteġġ totali inqas minn 70 punt jew punteġġ totali inqas minn 50 % għal kwalunkwe mill-ħames kriterji ta' hawn fuq, il-proposta ma tiġix evalwata iktar.
Il-proċedura sħiħa ta' l-għażla u l-evalwazzjoni hija deskritta fil-parti VIII tas-Submission set.
Ix-xahar indikattiv skedat għall-għeluq tal-proċedura ta' l-għoti: Frar 2008.
Jekk jogħġbok innota li, fil-każ ta' għotja, l-imsieħba jawtorizzaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu II.5.2 ta' l-Abbozz tal-ftehim ta' l-għoti, li tippubblika t-tagħrif li ġej fi kwalunkwe għamla u mezz, inkluż permezz ta' l-internet:
— |
l-isem u l-indirizz ta' l-imsieħeb u l-ko-imsieħba, |
— |
is-suġġett u l-iskop ta' l-għotja, |
— |
l-ammont mogħti u l-proporzjon ta' l-ispiża totali ta' l-azzjoni kopert mill-finanzjament. |
11. It-Tressiq tal-proposti
Il-proposta għandha tiġi abbozzata permezz tas-submission set disponibbli għal din is-sejħa.
Din tista' titniżżel mill-websajt tas-CIP:
http://ec.europa.eu/enterprise/funding/cip/index.htm
Il-proposti għandhom jiġu sottomessi elettronikament. Hemm disponibbli gwida għall-utent fis-submission set standard.
Wieħed jista' jikseb aċċess għall-Għodda Elettronika għat-Tressiq tal-Proposti (EPSS — Electronic Proposal Submission Tool) mill-websajt imsemmija hawn fuq.
Tfakkira: Jekk l-applikazzjoni titressaq tard, l-applikant jiġi eskluż mill-proċedura ta' l-għoti.
— |
Id-dokumenti ewlenin li għandhom jithemżu mas-submission set: Il-proposta sħiħa u d-deskrizzjoni sħiħa tal-proġett/azzjoni. Dokumenti legali: Ċertifikat tar-reġistrazzjoni uffiċjali, Artikoli ta' assoċjazzjoni/Statuti, Lista ta' diretturi/membri tal-bord eżekuttiv (kunjomi u ismijiet, titoli jew karigi fl-organizzazzjoni applikanta), organigramma, ir-regoli tal-proċedura. Evidenza tal-kapaċità teknika: Il-curriculum vitae tal-persuni li għandhom iwettqu xogħol marbut ma' l-operazzjoni. Il-Kapaċità finanzjarja: Il-kontijiet annwali (ivverifikati, kull fejn applikabbli) ta' l-aħħar sentejn finanzjarji (jew il-baġit annwali fil-każ ta' entità pubblika). L-istess għall-imsieħba. |
12. Opportunitajiet indaqs
Il-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għandha timmira li telimina l-inugwaljanzi bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tagħha (l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat KE). F'dan il-kuntest, in-nisa huma partikolarment imħeġġa li jinvolvu ruħhom fit-tressiq tal-proposti.
(1) http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/cip/index_en.htm.
(2) ENTR/CIP/007/001, ĠU C 306, 15.12.2006.
(3) Din is-sejħa hija miftuħa wkoll għal Pajjiżi Terzi f'konformità ma' l-Artikoli 4 u 21.5 (CIP) u skond il-Punt 8 hawn taħt u skond is-sottomissjoni stabbilita, ħlief għall-Armenja, iċ-Ċili, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera, u r-reġjuni li ġejjin tat-Turkija: Istanbul, Bati Marmara, EGE, Bati Anadolu, Orta Anadolu, Kuzeydogu Anadolu.
(4) NUTS = Nomenklatura ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 ta' l-24 ta' Ġunju 1988; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003); għal iktar tagħrif ara:
http://ec.europa.eu/comm/eurostat/ramon/nuts
(5) Jekk jogħġbok innota li l-użu ta' NUTS1 iservi purament bħala indikazzjoni għal din is-sejħa speċifika għall-proposti. Dan l-użu ma jippreġudikax kwalunkwe inizjattiva oħra attwali jew futura marbuta mal-klassifikazzjoni NUTS.