|
22.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/16 |
Appell imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 minn Alessandro Lofaro kontra d-digriet mogħti fl-24 ta' Mejju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawżi magħquda F-27/06 u F-75/06, Lofaro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/07 P)
(2007/C 223/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alessandro Lofaro (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentant: J.-L. Laffineur, avocat)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
li l-appell jiġi ddikjarat ammissibbli u fondat u, konsegwentement, |
|
— |
li jiġi annullat id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawżi F-27/06 u F-75/06 mogħti fl-24 ta' Mejju 2007; |
|
— |
li l-kawża tiġi deċiża u li jintlaqa' r-rikors oriġinali tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fl-appell tiegħu, ir-rikorrent jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji fid-dritt fl-interpretazzjoni tiegħu ta' l-Artikolu 90(2) tar-Regolament tal-Persunal, u b'mod partikolari, f'dak li jirrigwarda t-terminu previst għat-tressiq ta' l-ilment u d-data applikabbli għall-iskadenza ta' dan it-terminu. Ir-rikorrent isostni li l-interpretazzjoni magħmula mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipji ta' ċertezza legali, ta' non-diskriminazzjoni u ta' proporzjonalità, kif ukoll id-drittijiet tar-rikorrent. Barra minn hekk, huwa jsostni li t-Tribunal ma weġibx għall-motivi kollha mqajma minnu fl-appell u li minħabba dan, id-digriet huwa vvizzjat b'difett ta' motivazzjoni li hija insuffiċjenti u żbaljata.