22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/9


Rikors imressaq fit-8 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-382/07)

(2007/C 223/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Telles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Portugiża, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, 2004/51/KE (1), li temenda d-direttiva 91/440/KEE, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, u, għallinqas, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, naqset mill-obbligi li għandha bis-saħħa ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex tintlaqa' d-direttiva skada fil-31 ta' Diċembru 2005.


(1)  ĠU L 164, p. 164.