22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtof (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Ġunju 2007 — Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs deutsche internet versicherung AG

(Kawża C-298/07)

(2007/C 223/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: deutsche internet versicherung AG.

Domandi preliminari

1)

Dak li jipprovdi s-servizz huwa obbligat, skond l-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (1), li jindika, qabel kwalunkwe konklużjoni ta' kuntratt ma' dak li jirċievi s-servizz, numru tat-telefon sabiex jippermetti l-kuntatt ta' malajr u komunikazzjoni diretta u effikaċi?

2)

F'każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:

a)

Dak li jipprovdi s-servizz għandu, qabel kwalunkwe konklużjoni ta' kuntratt ma' dak li jirċievi s-servizz, minbarra li jindika l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, joffri mezz addizzjonali ta' komunikazzjoni skond l-Artikolu 5(1)(ċ) ta' l-imsemmija direttiva?

b)

F'każ ta' risposta affermattiva: Huwa suffiċjenti sabiex jikkostitwixxi mezz addizzjonali ta' komunikazzjoni li dak li jipprovdi s-servizz jinstalla enquiry mask li permezz tagħha dak li jirċievi s-servizz jista' jindirizza permezz ta' l-Internet lil dak li jipprovdi s-servizz u dak li jipprovdi s-servizz iwieġeb għad-domanda ta' dak li jirċievi s-servizz permezz tal-posta elettronika?


(1)  ĠU L 178, p. 1.