20.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 220/13


Servizzi bl-ajru skedati Ardenes — Bodø v.v. u Andenes — Tromsø v.v. (in-Norveġja)

Sejħa għall-offerti

(2007/C 220/06)

1.   Introduzzjoni

Fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru C 166, 7.7.2005 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 7.7.2005 n-Norveġja ppubblikat l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku (OSP) għal servizzi bl-ajru għar-reġjuni skedati fuq ir-rotot Andenes — Bodø v.v. u Andenes —Tromsø v.v. skond l-Artikolu 4.1 (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportataturi bl-ajru għar-rotot intra-Komunitarji.

In-Norveġja ddeċidiet li tippubblika sejħa ġdida għall-offerti għal servizzi bl-ajru għar-reġjuni skedati għar-rotot Andenes — Bodø v.v. u Andenes — Tromsø v.v. li jibdew fl-1 ta' Jannar 2008. l-istess ħtiġiet japplikaw kif stipulat fil-Komunikazzjoni ta' l-2005 mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA.

Jekk sa xahrejn mill-aħħar jum tas-sottomissjoni ta' l-offerta (ara t-Taqsima 6) l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun ipprovda prova dokumentata lill-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni dwar l-iskedar ta' titjiriet li jibdew,mill-1 ta' Jannar 2008 f'konformità ma' l-obbligazzjoni emendatatas-sevizz pubbliku imposta fuq l-offerta stipulata fit-Taqsima 2 ta' din il-pubblikazzjoni, il-Misteru għandu japplika l-proċedura dwar l-offerti pprovduta fl-Artikolu 4.1 (d) tar-Regolament (KEE) 2408/92, li b'hekk, mill-1 ta' Jannar 2008, jillimita għal trasportatur ta' l-ajru wieħed l-aċċess għar-rotta speċifikata fl-offerta skond it-Taqsima 2.

L-iskop ta' din is-sejħa għall-offerti hi biex jintalbu offerti li għandhom jintużaw bħala bażi biex jingħataw dawn id-drittijiet esklużivi.

Hawn taħt, jinsabu riprodotti l-aktar partijiet importanti tal-Kundizzjonijiet għall-Offerti. Il-verżjoni sħiħa tas-sejħa għall-offerti tista' titnizzel minn fuq is-sit elettroniku:

http://www.regjeringen.no/nb/dep/sd/dok/andre/Anbud.html

jew tinkiseb mingħajr ħlas jekk tintalab mingħand:

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni

P O Box 8010 Dep.

N-0030 Oslo

Telefon: (47) 22 24 83 53

Faks: (47) 22 24 56 09

Dawk kollha li se jitfgħu l-offerti għandhom id-dmir li jinfurmaw ruħhom sew bis-Sejħa sħiħa għall-Offerta.

2.   Is-servizzi koperti mis-sejħa

Is-sejħa tkopri titjiriet skedati mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Marzu 2009, skond l-obbligazzjoniet tas-servizz pubbliku msemmija fit-Taqsima 1. Iż-żona tar-rotta segwenti hi koperta mill-kompetizzjoni:

Iż-żona tar-rotta 2

Andenes — Bodø v.v., Andenes — Tromsø v.v.

Fil-każ li trasportatur jissottometti offerta fejn it-talba għall-kumpens hi ta' NKO żero, dan ikun ifisser li hi x-xewqa tat-trasportatur li jopera r-rotta fuq bażi esklużiva, iżda mingħajr ebda kumpens mill-Istat tan-Norveġja.

3.   Eliġibilità għall-offerti

It-trasportaturi ta' l-ajru kollha li għandhom liċenzja operattiva skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzji għat-trasportaturi ta' l-ajru huma eleġibbli għall-offerta.

4.   Proċedura ta' l-offerti

Is-sejħa għall-offerta hi soġġetta għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu d) — i) ta' l-Artikolu 4.1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92, u fit-Taqsima 4 tar-Regolamenti Norveġiżi tal-15 ta' April 1994 Nru 256 dwar proċeduri għall-offerta f'rabta ma' l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku biex jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 l-Artikolu 4.

Il-ksib għandu jkun effettwat permezz ta' offerta pubblika għall-ksib.

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni jirriżerva d-dritt li japplika negozjati sussegwenti jekk tkun daħlet offerta waħda biss meta tagħlaq id-data għas-sottomissjoni ta' l-offerta, jew jekk offerta waħda biss ma tkunx rifjutata. Dawn in-negozjati għandhom isiru skond l-obbligazzjonijiet imposti fuq is-settur pubbliku. B'żieda ma' dan, il-partijiet mhumiex intitolati li jagħmlu emendi sostanzjali għat-termini oriġinali tal-kuntratt waqt dawn in-negozjati Jekk in-negozjati sussegwenti ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli, il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni jirriżerva d-dritt li jħassar il-proċedura kollha. F'dak il-każ, tista' tkun ippubblikata sejħa mill-ġdid għall-offerta b'termini ġodda.

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni jista' jagħmel ksib permezz ta' negozjati mingħajr pubblikazzjonijiet bil-quddiem jekk ma jkunu sottomessi l-ebda offerti. F'dak il-każ, ma jridu jsiru l-ebda emendi sostanzjali għall-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku jew għat-termini tal-kuntratt li jkun fadal.

F'każ li jidher li jkun hemm raġunijiet raġonevoli b'riżultat ta' l-offerta, il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni jirriżerva d-dritt li jirrifjuta kull waħda mill-offerti.

L-offerta torbot lil min ikun qed jitfagħha sakemm tintemm il-proċedura ta' l-offerta, jew sa meta tingħata l-offerta.

5.   L-offerta

l-offerta għandha tkun inkwadrata skond il-ħtiġiet tat-Taqsima 5 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Offerta, li jinkludu l-ħtiġiet elenkati fl-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku.

6.   L-iskadenza u s-sottomissjoni ta' l-offerti:

l-iskadenza għas-sottomissjoni ta' l-offerti hi 22.10.2007 fit-3 pm (ħin lokali). L-offerta trid tkun waslet għand il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-indirizz imsemmi fit-Taqsima 1 sa mhux aktar tard mill-iskadenza għas-sottomissjoni ta' l-offerta.

L-offerta għandha jew tittieħed personalment fl-indirizz ta' l-uffiċju tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni, jew tintbagħat bil-posta jew permezz tas-servizz tal-kurrier.

L-offerti li jaslu tard jiġu rrifjutati. Madanakollu, l-offerti li jaslu wara d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni ta' l-offerti, iżda qabel id-data li fiha dawn jinfetħu, ma jkunux irrifjutati jekk ikun jidher ċar li din tkun intbagħtet tant kmieni li normalment suppost tkun waslet qabel id-data ta' l-għeluq. Irċevuta li l-offerta tkun waslet tkun aċċettata bħala prova li ntbagħtet, u tal-ħin li fih intbagħtet.

L-offerti għandhom ikunu ppreżentati fi 3 — tliet — kopji.

7.   Għotja ta' Kuntratt

7.1

Bħala regola ta' prinċipju, għandha tirbaħ dik l-offerta li tkun teħtieġ l-anqas ammont ta' kumpens. Il-kuntratt jingħata lill-offerta bl-anqas talba għall-kumpens għall-perjodu kollu tal-kuntratt mill-1 ta' Jannnar 2008 sal-31 ta' Marzu 2009.

7.2

Fil-każ li li l-offerta ma tkunx tista' tingħata għaliex ikun hemm offerti li jeħtieġu ammont identiku ta' kumpems, l-għotja tingħata lill-offerta, jew, fejn ikun relevanti, lill-kombinazzjoni ta' l-offerti li joffru l-akbar ammont ta' postijiet għall-perjodu kollu tal-kuntratt.

8.   Il-perjodu tal-kuntratt

Il-kuntratt ta' l-offerta għandu jintgħamel għall-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Marzu 2009. Il-kuntratt ma jintemmx, ħlief f'dawk is-sitwazzjonijiet deskritti fid-dispożizzzjonijiet tal-kuntratt riprodotti fit-Taqsima 11.

9.   Kumpens finanzjarju

l-operatur hu intitolat għal kumpens finanzjarju mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni skond il-ftehim tal-kuntratt. Il-kumpens għandu jkun speċifikat għall-perjodu kollu tal-kuntratt.

Ma għandu jsir l-ebda aġġustament fl-indiċi tal-prezzijiet waqt il-perjodu tal-kuntratt.

Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-kumpens b'riżultat tal-volum ta' produzzjoni 'l fuq jew 'l isfel skond it-Taqsima 5.1 it-tieni paragrafu tat-Termini tal-Kuntratt.

Dan hu soġġett għall-kundizzjoni li l-Istorting (il-Parlament Norveġiż), meta jadotta l-baġit annwali tiegħu, ikun għamel il-fondi neċessarji disponibbli lill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni biex ikopri l-kumpens meħtieġ.

l-operatur għandu jżomm id-dħul kollu ġġenerat mis-servizz. Jekk id-dħul ikun akbar jew l-ispiża tkun anqas miċ-ċifri li fuqha tkun ibbażata l-offerta, l-operatur jista' jżomm id-differenza. Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni mhu obbligat li jkopri l-ebda bilanċ negattiv marbut mal-baġit ta' l-offerta.

Kull spiża pubblika, inklużi l-ispejjeż ta' l-avjazzjoni, jitħallsu mill-operatur.

Minkejja kwalunkwe azzjoni għad-danni, il-kumpens finanzjarju għandu jitnaqqas proporzjonaliment man-numru totali ta' titjiriet ikkanċellati għal raġunijiet li huma attribwiti direttament mat-trasportatur, jekk in-numru ta' titjiriet ikkanċellati matul sena operattiva jeċċedi l-1,5 fil-mija tan-numru ta' titjiriet ippjanati skond l-iskeda ta' l-orarju approvata.

10.   Negozjati mill-ġdid

Jekk, waqt il-perjodu tal-kuntratt, ikun hemm materjal jew ċirkostanzi mhux previsti fl-assunzjoni li fuqhom ikun ibbażat il-kuntratt, kull wieħed mill-partijiet jista' jitlob għal negozjati biex ikun rivedut il-kuntratt. Din it-talba għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun seħħet il-bidla.

Tibdil fil-materjal ta' l-ispejjeż pubbliċi li għalihom l-operatur ikun responsabbli dejjem jikkostitwixxu lok għal negozjati mill-ġdid.

Jekk il-ħtiġiet statutorji jew regolatorji, jew ordnijiet maħruġa mill-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili jirriżultaw li mitjar ikollu jintuza' b'mod differenti milli oriġinarjament ikun ippjanat mill-operatur, il-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jinnegozjaw emendi tal-kuntratt li jippermettu lill-operatur ikompli jopera għall-kumplament tal-perjodu tal-kuntratt. Jekk il-partijiet jonqsu milli jilħqu ftehim, l-operatur hu intitolat għall-kumpens skond ir-regoli relatati mal-waqfien jew l-għeluq (it-Taqsima 11) sakemm dawn ikunu applikabbli.

11.   Tmiem tal-kuntratt wara l-ksur tal-kuntratt jew tibdiliet mhux previsti f'kundizzjonijiet importanti

Soġġett għar-restrizzjonijiet segwenti għal-liġi dwar l-insolvenza, il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni jista' jtemm il-kuntratt b'effett immedjat jekk l-operatur isir insolventi, jibda l-proċedimenti biex jitħallas id-dejn, isir fallut jew ikun soġġett għal sitwazzjonijiet oħra li jissemmew fit-Taqsima 14 Nru 2 tar-Regolamenti Norveġiżi tal-15 ta' April 1994 Nru 256 dwar il-proċeduri għall-offerti marbuta ma' l-obbligazzjonijiet tas-settur pubbliku.

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni jista' jtemm il-kuntratt b'effett immedjat jekk l-operatur jitlef, jew ma jkunx jista' jġedded il-liċenzja tiegħu.

Jekk, minħabba force majeure jew ċirkostanzi oħra lilhinn mill-kontroll ta' l-operatur, l-operatur ma jkunx jista' jwettaq l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tiegħu għal aktar minn erba' mill-aħħar sitt xhur, il-kuntratt jista' jintemm miż-żewġ partijiet billi jagħtu notifika bil-miktub xahar qabel.

Jekk l-Istorting jiddeċiedi li jagħlaq il-mitjar, jew jekk mitjar jingħalaq minħabba ordni maħruġa mill-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili, l-obbligazzjonijiet kuntrattwali ordinajrji tal-partijiet jaqgħu minn dak il-ħin li l-mitjar jieqaf jiffunzjona jew jingħalaq.

Jekk il-perjodu taż-żmien li jgħaddi bejn meta l-operatur ikun informat bil-waqfien jew l-għeluq u l-waqfien jew l-għeluq attwali ikun ta' iżjed minn sena, l-operatur mhux intitolat għall-kumpens għal kwalunkwe telf finanzjarju li jsofri minħabba li jintemm il-kuntratt. Jekk il-pejodu msemmi jkun ta' anqas minn sena, l-operatur hu intitolat li jerġa' lura għas-siwazzjoni finanzjarja li kien ikun fiha kieku l-operazzjonijiet tkomplew għal sena mid-data li jkun notifikat bil-waqfien jew l-għeluq, jew inkella sal-31 ta' Marzu 2009 jekk din id-data tiġi qabel.

Fil-każ ta' ksur sostanzjali tal-kuntratt minn parti waħda, dan jista' jkun kanċellat mill-parti l-oħra b'effett immedjat.