15.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 217/3 |
Bidu ta' proċeduri
(Każ COMP/M.4734 — INEOS/Kerling)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 217/05)
Fis-7 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta' hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4734 — INEOS/Kerling, fl-indirizz li ġej:
Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej |
DĠ Kompetizzjoni |
Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet |
Rue Joseph II70 |
B-1000 Brussell |