|
8.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 211/30 |
Rikors imressaq fl-20 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
(Kawża C-341/07)
(2007/C 211/57)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u P. Dejmek)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja
Talbiet
|
— |
tikkonstata li billi r-Renju ta' l-Iżvezja m'adottax il-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1) jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax tali miżuri lill-Kummissjoni, huwa naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond l-imsemmija Direttiva. |
|
— |
tordna lir-Renju ta' l-Iżvezja jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-28 ta' April 2006.
(1) ĠU L 157, p. 45.