|
8.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 211/22 |
Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Genova (l-Italja) fit-2 ta' Lulju 2007 — Radiotelevisione italiana SpA (RAI) vs PTV Programmazioni Televisive SpA
(Kawża C-305/07)
(2007/C 211/41)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Genova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Radiotelevisione italiana SpA (RAI).
Konvenuta: PTV Programmazioni Televisive SpA.
Domandi preliminari
|
1) |
L-obbligu fiskali li għandhom dawk kollha li għandhom apparat li jista' jirċevi sinjali ta' radjutelediffużjoni sabiex jiġi ffinanzjat is-servizz pubbliku tat-televiżjoni, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell lokali, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87 KE? |
|
2) |
Fil-każ ta' risposta affermattiva, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġiet innotifikata lill Ministru ta' l-affarijiet barranin fl-20 ta' April 2005 hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, fid-dawl ta' żball fuq elementi ta' fatt jew fuq l-evalwazzjoni ta' dawn l-elementi, peress li tikkunsidra li d-deroga prevista fl-Artikolu 86(2) KE hija applikabbli għall-ħlasijiet tar-radjudiffużjoni RAI iżda tonqos milli tieħu in kunsiderazzjoni li: l-emittenti konċessjonarja tassigura s-sevizz pubbliku ta' radjuteleviżjoni fil-kuntest reġjonali mingħajr ma dan huwa stabbilit minn liġijiet reġjonali u minn kuntratti ta' servizz speċifiċi ta' l-obbligi li l-emittenti għandha tħares fil-ħinijiet u fin-netwerk ta' programmazzjoni intiżi għad-diffużjoni ta' kontenuti f'kuntest reġjonali; minħabba n-nuqqas ta' definizzjoni ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku ma jistax isisr l-istħarriġ li jirrigwarda l-użu effettiv li sar mir-riżorsi ta' l-Istat intiżi għas-servizz pubbliku fil-kuntest lokali u ddedikati esklużivament għal attivitajiet li jaqgħu taħt dan is-servizz pubbliku; l-emittenti konċessjonarja ma ġietx inkarigata permezz ta' att uffiċjali biex twettaq obbligi speċifiċi ta' servizz pubbliku, iżda ġiet biss awtorizzata. b'mod ġeneriku, sabiex twettaq servizz pubbliku reġjonali? |
|
3) |
B'mod ġenerali, l-Artikolu 86 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fis-swieq lokali, tagħti lil kull reġjun il-kompetenza leġiżlattiva sabiex dan ikun jista' jispeċifika obbligi ulterjuri ta' servizz pubbliku reġjonali ssussidjat permezz ta' riżorsi ta' l-istat, billi jipprovdi li dawn l-obbligi ulterjuri għandhom jingħataw esklużivament lir-RAI SpA u mingħajr ma jkun hemm l-ebda proċedura ta' appalt pubbliku ? |