8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/20


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgerichts Regensburg (il-Ġermanja) fil-21 ta' Ġunju 2007 — Staatsanwaltschaft Regensburg vs Klaus Bourquain

(Kawża C-297/07)

(2007/C 211/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgerichts Regensburg.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatsanwaltschaft Regensburg.

Konvenut: Klaus Bourquain.

Domandi preliminari

Fid-dawl ta' l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta' Schengen, ta' l-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom (1), iffirmata fid-19 ta' Ġunju 1990 f'Schengen, il-projbizzjoni li persuna, li tkun diġà ġiet iġġudikata b'sentenza definittiva minn waħda mill-Partijiet tal-Konvenzjoni, tkun suġġetta għal proċeduri kriminali għall-istess fatti f'waħda mill-Partijiet l-oħra tal-Konvenzjoni, għandha tkun applikabbli meta l-piena imposta fil-konfront ta' din il-persuna qatt ma setgħet tiġi eżegwita skond il-liġi ta' l-Istat kontraenti fejn ingħatat il-piena?


(1)  ĠU 2000, L 239, p. 19.