8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/15


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta ' Ġunju 2007 — Vion Trading GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-279/07)

(2007/C 211/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vion Trading GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

1)

Għandu t-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, (1) jiġi applikat ukoll fil-każ fejn irregolarità tkun twettqet jew waqfet qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-imsemmi regolament?

2)

It-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit f'din id-dispożizzjoni japplika għall-miżuri amministrattivi bħalma huwa l-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija wara li twettqu irregolaritajiet?

Fil-każ fejn ir-risposta għal dawn iż-żewġ domandi tkun waħda affermattiva:

3)

Jista' Stat Membru japplika terminu itwal, abbażi ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 anke meta l-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru kienet diġà tipprovdi għal proroga simili ta' dan it terminu qabel l-adozzjoni ta' l-imsemmi regolament? Jista' tali terminu itwal jiġi applikat ukoll fil-każ fejn ma kienx previst f'dispożizzjoni speċifika li tirrigwarda l-irkupru ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew li tirrigwarda miżuri amministrattivi ġenerali, iżda jirriżulta minn dispożizzjoni ġenerali ta' l-Istat Membru kkonċernat li tkopri l-każijiet kollha ta' preskrizzjoni li mhumiex is-suġġett ta' dispożizzjoni speċifika?


(1)  ĠU L 312, p. 1.