8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-50/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/24/KE - Prodotti farmaċewtiċi - Prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali - Kodiċi tal-Komunità - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

(2007/C 211/18)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Stromsky u S. Pardo Quintillán, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jieħu, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/24/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta' prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 85)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/24/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta' prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.