8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-399/05) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/38/KEE - Akkwist pubbliku fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni - Bini u tħaddim ta' impjant ta' enerġija termika - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni fil-proċedura ta' sejħa għal offerti’)

(2007/C 211/08)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u X. Lewis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: D. Tsagkaraki u V. Christianos, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekommunikazzjoni (ĠU L 199, p.84) — Ammissjoni fil-proċedura ta' sejħa għal offerti ta' żewġ kumpanniji li la jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-avviż u lanqas il-kundizzjonijiet tekniċi fid-dokument tas-sejħa għal offerti — Bini u tħaddim ta' impjant ta' enerġija termika fl-Lavrio.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 28.1.2006.