8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-503/04) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta' l-Istat - Nuqqas ta' eżekuzzjoni - Artikolu 228 KE - Miżuri li jassiguraw l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rexissjoni ta' kuntratt’)

(2007/C 211/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Schima, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u C. Schulze-Bahr, aġenti, H.-J. Prieß, avukat)

Parti intervenjenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. C. Gracia, aġenti), Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: H. G. Sevenster u D. J. M. de Grave, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: T. Pynnä, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' April 2003, fil-kawżi magħquda C-20/01 u C-28/01 — Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Għoti ta' kuntratti pubblici mill-belt ta' Braunschweig u mill-komun ta' Bockhorn mingħajr ma saret sejħa għal offerti — Talba sabiex tiġi imposta penali perjodika

Dispożittiv

1)

Billi fid-data ta' meta għalaq it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 228 KE ma kinitx ħadet il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza ta' l-10 ta' April 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C 20/01 u C 28/01), dwar il-konklużjoni ta' kuntratt għar-rimi ta' l-iskart tal-belt ta' Brunswick (Il-Ġermanja), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond dan l-Artikolu.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija ordnata tbati l-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 45, 19.2.2005.