8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 210/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4868 — Avnet/Magirus EID)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 210/08)

1.

Fil-31 ta' Awwissu 2007 il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Avnet Inc. (“Avnet”, l-Istati Uniti) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' parti mill-impriża Magirus Group (il-Ġermanja), permezz ta' akkwist ta' l-assi.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Avnet: distributtur ta' komponenti elettroniċi, prodotti tal-kompjuter u servizzi teknoloġiċi;

għal Magirus EID: distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-IT.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4868 — Avnet/Magirus EID, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.