6.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 207/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 207/07)

1.

Fid-29 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża International Business Machines Corporation (“IBM”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Telelogic AB (“Telelogic”, l-Iżvezja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal IBM: Żvilupp, produzzjoni u marketing tas-sistemi tat-teknoloġija ta' l-informatika, tagħmir, servizzi u software tal-kompjuter, inklużi għodod għall-iżvilupp tas-software;

għal Telelogic: Żvilupp u marketing ta' l-għodod għall-iżvilupp tas-software.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kumment li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks ( faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4747 — IBM/Telelogic, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.