5.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 206/28


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4905 — WL Ross/C&A Automotive Interior Businesses II)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 206/12)

1.

Fid-29 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża WL Ross (l-Istati Uniti) permezz ta' International Automotive Components l-Amerika ta' Fuq il-Messiku, S de R.L. de C.V., International Automotive Components l-Amerika ta' Fuq, International Automotive Components Group il-Brażil u permezz ta' International Automotive Components Group LLC (flimkien “IAC”) takkwista l-kontroll ta' ċerti assi tal-Korporazzjoni C&A (“C&A Automotive Interior Businesses”) skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal WL Ross: fondi ta' ekwità privata li permezz ta' l-IAC tipproduċi u tissupplixxi ċertu tagħmir intern tal-karozzi,

għal C&A Automotive Interior Businesses: manifattura u forniment ta' moduli għal kabini ta' l-ajruplani, pannelli għall-istrumenti, tapizzerija u xogħol ta' pavimenti u sistemi għall-akustika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4905 — WL Ross/C&A Automotive Interior Businesses II, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.