1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 204/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4789 — ELG Haniel/Metal One/ELG Nippon Stainless Resources/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 204/12)

1.

Fit-23 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ELG Haniel GmbH (“ELG”, il-Ġermanja) u Metal One Corporation (“Metal One”, il-Ġappun) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża ELG Nippon Stainless Resources (“NSR”, il-Ġappun), permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpannija ġdida li tikkostitwixxi joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal ELG Haniel: kummerċ f'materjali primi primarji u sekondarji għall-industrija ta' l-azzar madwar id-dinja;

għal Metal One: il-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti ta' l-azzar u kummerċ f'materjali primi primarji u sekondarji għall-industrija ta' l-azzar l-aktar fl-Asja;

għal NSR: kummerċ f'materja prima sekondarja għall-industrija ta' l-azzar fil-Ġappun u l-Asja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4789 — ELG Haniel/Metal One/ELG Nippon Stainless Resources/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.