30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4812 — BMW Italia/BMW España Finance/Boxer)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 202/06)

1.

Fl-20 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi BMW Italia S.p.a. (BMW IT) u BMW España Finance S.L. (BMW EF), li jappartjenu lill-grupp Bayerische Motoren Werke Aktiengesellschaft (BMW AG), jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-intier ta' l-impriża Boxer S.r.l. (BOXER), li tappartjeni lill-impriża MV AUGUSTA S.p.a., permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal BMW IT: id-distribuzzjoni ta' muturi tas-sewqan bit-trademark BMW fis-suq Taljan,

għal BMW EF: il-kumpannija holding ta' BMW AG domiċiljata fi Spanja,

għal BOXER: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' muturi tas-sewqan bit-trademark Husqvarna.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4812 — BMW Italia/BMW España Finance/Boxer, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.