29.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 201/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4850 — CVC/DSI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 201/07)

1.

Fil-21 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CVC Capital Partners Sarl (“CVC”, il-Lussemburgu) takkwista l-kontroll totali ta' l-impriża DSI Holding GmbH (“DSI”, il-Ġermanja) skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill billi xtrat l-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal MFG: vettura ta' akkwist;

għal CVC: Għoti ta' pariri ta' investiment u ġestjoni dwar fondi ta' investiment;

għad DSI: Żvilupp, manifattura u forniment ta' komponenti u sistemi ta' tension technology (“DYWIDAG”post-tensioning u geotechnical tensioning systems għall-industriji tal-kostruzzjoni u tal-minjieri).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4850 — CVC/DSI, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.