25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 199/46


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Lulju 2007 — Abarca Montiel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-24/06) (1)

(Servizz Pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Klassifiki u remunerazzjoniet - Uffiċju 'Infrastruttura u Loġistika' fi Brussell (OIB) - Infirmieri pedjatriċi - Ex-impjegati taħt id-dritt Belġjan - Bdil fis-sistema applikabbli - Trattament ugwali)

(2007/C 199/89)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sabrina Abarca Montiel (Wauthier-Braine, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilmenti li r-rikorrenti kienu ressqu kontra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-klassifiki u r-remunerazzjonijiet tagħhom bħala aġenti kuntrattwali.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iffissat ir-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti, abbażi tal-kuntratti ta' aġenti kuntrattwali ffirmati f'April 2005, huma annullati.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tar-rikorrenti.

4)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006, p. 33.