25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 199/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Lulju 2007 — Asklepios Kliniken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/04) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Sptarijiet pubbliċi - Kumpens għal telf u għoti ta' garanziji - Ilment - Nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni, li tieħu pożizzjoni - Rikors għal nuqqas milli tittieħed azzjoni - Locus standi - Ammissibbiltà - Terminu raġonevoli - Regolament (KE) Nru 659/1999’)

(2007/C 199/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Asklepios Kliniken GmbH (Königstein-Falkenstein, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Füßer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. Niejahr, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment C.-D Quassowski u A. Tiemann, wara W.-D Plessing u C. Schulze-Bahr, aġenti); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment M. Bethell, wara C. Gibbs u E. O'Neill, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba intiża li jiġi kkonstatat, skond l-Artikolu 232 KE, li, billi ma ħaditx deċiżjoni skond l-Artikolu 4(2), (3) jew (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li istabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu [88] KE (ĠU L 83, p. 1), fuq l-ilment ippreżentat mir-rikorrent dwar l-għoti ta' għajnuna allegatament illegali lil sptarijiet pubbliċi fil-Ġermanja, il-Kummissjoni naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 88 KE kif ukoll taħt l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Asklepios Kliniken GmbH għandha tbati, flimkien ma' l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 201, 7.8.2004.