|
25.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 199/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Bonn Fleisch Ex- und Import GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-1/06) (1)
(Agrikoltura - Sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Produzzjoni tal-prova ta' l-esportazzjoni tal-prodotti - Produzzjoni tal-prova ekwivalenti - Artikolu 47(3) - Rikonoxximent ex officio bħala prova ekwivalenti ta' dokumenti ġustifikattivi mhux marbutin ma' talba motivata ta' ekwivalenza fformolata b'mod espliċitu - Nuqqas ta' applikazzjoni għall-esportazzjoni diretta - Modalitajiet proċedurali nazzjonali - Obbligi ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali)
(2007/C 199/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bonn Fleisch Ex- und Import GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 47(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonjiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (ĠU L 351 p. 1), kif emendat — Rikonoxximent ex officio bħala prova ekwivalenti ta' dokumenti ġustifikattivi mhux marbutin ma' talba motivata ta' ekwivalenza fformolata b'mod espliċitu
Dispożittiv
L-Artikolu 47(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2955/94, tal-5 ta' Diċembru 1994, ma japplikax għall-esportazzjoni diretta ta' prodotti.
Madankollu, meta minħabba ċirkustanzi indipendenti mill-esportatur, id-dokument nazzjonali ta' esportazzjoni li jipprova li l-prodotti in kwistjoni jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità ma jistax jiġi ppreżentat, l-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għandha, b'mod konformi ma' l-għanijiet imfittxa mir-Regolament Nru 3665/87, kif emendat mir-Regolament Nru 2955/94, tieħu in kunsiderazzjoni ex officio provi ekwivalenti kif ukoll talbiet għar-rikonoxximent ta' l-ekwivalenza ppreżentati b'mod impliċitu. Dawn il-provi għandhom, madankollu, ikunu sodisfaċenti ukoll fir-rigward tal-kontroll imwettaq skond il-modalitajiet definiti mid-dritt nazzjonali, sakemm dawn jirrispettaw il-portata u l-effettività tad-dritt Komunitarju.
Meta l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-provi ekwivalenti hija imputabbli lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, dawn ma jistgħux iqajjmu t-terminu ta' tnax-il xahar previst fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 3665/87, kif emendat mir-Regolament Nru 2955/94, kontra l-esportatur diliġenti.