24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 196/20


MEDIA 2007

Sejħa għal Proposti — EACEA/18/07

Miżuri ta' appoġġ għall-Promozzjoni u Access fis-Swieq: festivals awdjoviżivi

(2007/C 196/09)

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).

L-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija aktar 'il fuq jinkludu:

faċilitar u inkoraġġament tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħol awdioviżiv u ċinematografiku Ewropew f'wirjiet, fieri u festivals awdioviżivi ġo l-Ewropa u madwar id-dinja, ladarba dawn l-avvenimenti jafu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej u fil-ħolqien ta' netwerks ta' professjonisti;

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lejn kumpanniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' hawn fuq. L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi: is-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi ta' l-EFTA, u għall-Iżvizzera.

Organizzazzjonijiet bħal dawn għandhom jorganizzaw festivals awdjoviżivi li jikkontribwixxu lejn l-għanijiet imsemmija u li fir-rigward tal-programmazzjoni globali juru minimu ta 70 % ta' films Ewropej minn ta' l-inqas 10 Stati li jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

3.   Baġit u Tul tal-Proġetti

Il-baġit totali disponibbli huwa 2,5 miljun EUR (Fuq il-kundizzjoni li jiġi adottat il-baġit ta' l-2008.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tat-total ta' l-ispejjeż eliġibbli.

Il-Proġetti iridu jibdew bejn 1.5.2008 u 30.4.2009.

4.   Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

Dati ta' l-għeluq għall-preżentazzjoni tal-proposti:

15 ta' Ottubru2007 — għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Mejju 2008 u l-31 ta' Ottubru 2008

30 ta' April 2008 — għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Novembru 2008 u t-30 ta' April 2009

5.   Aktar tagħrif

It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti, flimkien mal-formoli ta' l-applikazzjoni, jistgħu jinstabu fl-indirizz Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.