|
11.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 188/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4755 — Bayerische Landesbank/Hypo Alpe-Adria-Bank International)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 188/06)
|
1. |
Fit-2 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bayerische Landesbank (“BayernLB”, tal-Ġermanja) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Hypo Alpe-Adria-Bank International AG (“HBINT”, ta' l-Awstrija), permezz ta' akkwist ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-fex (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4755 — Bayerische Landesbank/Hypo Alpe-Adria-Bank International, fl-indirizz li ġej:
|