4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/18


Appell imressaq fl-14 ta' Mejju 2007 minn Derya Beyatli kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-455/04: Derya Beyatli u Armagan Candan vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-238/07 P)

(2007/C 183/30)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Derya Beyatli (rappreżentant: A. Demetriades, Δικηγόρος)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellant

tirrevoka d-digriet ikkontestat

tannulla d-deċiżjoni ta' l-appellata tal-5 ta' Mejju 2004

tordna lill-appellata tħallas l-ispejjeż ta' dan l-appell

Motivi u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li d-digriet kkontestat għandu jiġi rrevokat abbażi tar-raġunijiet segwenti:

 

Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' dritt billi naqset milli tirrikjedi provi permezz ta' miżuri istruttorji għall-ftuħ ta' arkivji mhux biss ta' l-EPSO iżda wkoll tar-Rappreżentanza tal-Komunità Ewropea f'Ċipru u/jew il-Kummissjoni b'mod ġenerali;

 

B'riżultat ta' l-ommissjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza, l-appellata ma pprovdietx il-korrispondenza kollha rilevanti bejn ir-Rappreżentanza tal-Komunità Ewropea f'Ċipru u/jew il-Kummissjoni u/jew l-EPSO. Għaldaqstant, id-drittijiet ta' l-appellant fir-rigward ta' smigħ xieraq ġew miksura fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.