4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-392/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/15/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu impost)

(2007/C 183/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' adozzjoni, fit-terminu previst, tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, p. 35)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-teminu impost, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.