|
4.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-321/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Id-Direttiva 2002/14/KE - Informazzjoni u konsultazzjoni ta' l-impjegati - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)
(2007/C 183/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Enegren u G. Rozet, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14/KE, tal-11 ta' Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea — Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentazzjoni ta' l-impjegati (ĠU L 80, p. 29)
Dispożittiv
|
1) |
Peress li m'adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14/KE, tal-11 ta' Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond din id-Direttiva. |
|
2) |
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż. |