4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Euro Tex Textilverwertung GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-56/06) (1)

(“Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Polonja - Kunċett ta' ‘prodotti li joriġinaw’ - Ħwejjeġ użati’)

(2007/C 183/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro Tex Textilverwertung GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Duisburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(1)(b) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra — Protokoll Nru 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-“prodotti li joriġinaw” u għall-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 348, p. 2), kif emendat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, tat-30 ta' Ġunju 1997 (ĠU L 221, p. 1) — Kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” — Determinazzjoni ta' l-oriġini tal-ħwejjeġ użati li kienu s-suġġett ta' xogħolijiet ta' għażla u ta' allinjament fit-territorju tal-Komunità

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1)(b) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, tat-30 ta' Ġunju 1997, ma jippermettix li ssir distinzjoni bejn ix-xogħlijiet sempliċi u dawk aktar kumplessi ta' allinjament, peress li xogħlijiet ta' allinjament bħal dawk deskritti fid-deċiżjoni tar-rinviju jaqgħu taħt il-kunċett ta' xogħlijiet sempliċi ta' allinjament skond l-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 86 tat-8.4.2006.