4.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-422/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/30/KE - Trasport bl-ajru - Restrizzjonijiet fuq l-operat marbuta mal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità - Adozzjoni mill-Istat Membru, matul it-terminu għat-traspożizzjoni, ta' dispożizzjonijiet li huma kapaċi jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt mid-Direttiva)
(2007/C 183/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Benyon u M. Huttunen, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M.Wimmer u A.Hubert, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10, u ta' l-Artikolu 249(3), tat-Trattat KE — Miżuri meħuda mill-Istat Membru matul il-perijodu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 85, p. 40) li huma kapaċi jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt mid-direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-titjiriet ta' bil-lejl ta' xi ajruplani bil-ġett subsoniċi ċivili
Dispożittiv
1) |
Bl-adozzjoni tad-Digriet Irjali ta' l-14 ta' April 2002 li jirregola t-titjiriet ta' bil-lejl ta' xi ajruplani bil-ġett subsoniċi ċivili, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/30/KE, tas-26 ta' Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità kif ukoll mit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10 KE moqri flimkien mat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 249 KE. |
2) |
Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż. |