4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-358/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/54/KE - Suq intern ta' l-enerġija elettrika - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2007/C 183/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex ikun konformi mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54 KE, tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE — Dikjarazzjonijiet li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta' żmaltiment u ta' ġestjoni ta' l-iskart (ĠU L 176, p.37)

Dispożittiv

1)

Peress li ma adottax, fit-terminu preskritt, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54 KE, tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92 KE, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi li huwa għandu abbażi ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296 tas-26.11.2005.