|
4.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Rechtbank te Rotterdam — l-Olanda) — proċedura kriminali kontra Omni Metal Service
(Kawża C-259/05) (1)
(“Regolament (KEE) Nru 259/93 - Skart - Kejbils magħmula mir-ramm u mill-PVC - Esportazzjoni lejn iċ-Ċina għall-finijiet ta' rkupru - Intestatura GC 020 - Skart imħallat - Kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li jidhru fil-Lista Ħadra Ta' Skart - Nuqqas ta' inklużjoni ta' l-iskart imħallat fl-imsemmija lista - Konsegwenzi’)
(2007/C 183/07)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank te Rotterdam
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Omni Metal Service
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank te Rotterdam — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, p. 1) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001 (ĠU L 349, p. 1) — Fdalijiet ta' kejbils ta' dijametru ta' 15-il ċentimetru komposti minn materjali differenti li għandhom jew m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala skart ta' tagħmir elettroniku fis-sens ta' l-Interstatura GC 020 tal-Lista Ħadra Ta' Skart li tidher fl-Anness II ta' l-imsemmi regolament — Possibbiltà tat-trasport ta' dan l-iskart mingħajr proċedura ta' notifika jew il-bżonn tat-trasportazzjoni separata tagħhom.
Dispożittiv
|
1) |
L-intestatura GC 020 tal-Lista Ħadra ta' Skart li tidher fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tkoprix il-wajers tal-kejbil ħlief meta dawn jiġu minn tagħmir elettroniku. |
|
2) |
Ir-Regolament Nru 259/93, kif emendat mir-Regolament Nru 2557/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza fejn skart kompost huwa kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li huma mniżżla t-tnejn fuq il-Lista Ħadra ta' Skart imsemmija fl-Anness II ta' dan ir-regolament, m'għandhiex bħala konsegwenza li s-sistema stabbilita mill-imsemmi regolament, safejn tirrigwarda l-iskart li jidher fuq din il-lista, tapplika fir-rigward ta' tali skart kompost. |