| 27.7.2007 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea | C 174/39 | 
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4744 — INEOS/Borealis)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 174/11)
| 1. | Fid-19 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża INEOS Group Limited (“INEOS”, ir-Renju Unit) li tappartjeni għal INEOS Group takkwista l-kontroll totali, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, ta' l-impriża Borealis AS (“Borealis”, in-Norveġja) li tappartieni għal Borealis Group permezz tax-xiri ta' ishma. | 
| 2. | L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma: 
 
 | 
| 3. | Fl-eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-Deċiżjoni finali fuq dan il-punt hi riżervata. | 
| 4. | Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubbblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (numru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4744 — INEOS/Borealis, fl-indirizz li ġej: 
 |