|
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 170/26 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-335/06) (1)
(Rekwiżiti ta' saħħa - Suq Taljan tal-laħam tat-tjur - Nuqqas tal-Kummissjoni milli tieħu miżuri eċċezzjonali sabiex tnaqqas il-konsegwenzi ta' l-epidemija ta' l-influenza avjarja - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta' pożizzjoni li ttemm in-nuqqas ta' teħid ta' azzjoni - Nuqqas ta' motiv li ttieħed deċiżjoni)
(2007/C 170/53)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Cattabriga, aġent)
Suġġett tal-kawża
Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, ibbażat fuq l-Artikolu 232 KE u intiż sabiex jiġi kkonstatat illi l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU L 282, p.77), billi naqset milli tadotta miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-laħam tat-tjur, bħala kumpens għall-produtturi ta' flieles ta' ġurnata milquta mill-miżuri veterinarji meħuda sabiex jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' l-influenza avjarja u li jirrestrinġu l-moviment matul il-perijodu minn Diċembru 1999 sa Settembru 2003.
Dispożittiv tad-digriet
|
1) |
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |