21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 170/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ġunju 2007 — Mediocurso vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-251/05 u T-425/05) (1)
(“FSE - Programmi ta' taħriġ - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija - Motivazzjoni - Prinċipji ta' ċertezza legali u tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi - Nuqqas ta' żball manifest ta' evalwazzjoni’)
(2007/C 170/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Mediocurso — Estabelecimento de Ensino Particular, SA (Lisbona, il-Portugal) (rappreżentanti: C. Botelho Moniz u E. Maia Cadete, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Andrade u A. Weimar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 1236 ta' l-14 ta' April 2005 li tnaqqas l-għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni C (89) 0570 tat-22 ta' Marzu 1989, u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3557 tat-13 ta' Settembru 2005 li tnaqqas l-għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni C (89) 0570 tat-22 ta' Marzu 1989.
Dispożittiv tas-sentenza
1) |
Il-kawżi T-251/05 u T-425/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż. |