21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ġunju 2007 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/04) (1)

(“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - Reġistru tal-Komunità għall-Oqsma tad-Dwieli - Deċiżjoni li tordna l-ħlas lura tas-somom imħallsa bħala depożitu’)

(2007/C 170/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos, I. Chalkias u S. Chala, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande, aġent, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/302/KE tat-30 ta' Marzu 2004, dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż sostnuti mill-Greċja għat-twaqqif tar-Reġistru tal-Komunità għall-Oqsma tad-Dwieli (ĠU L 98, p. 57).

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 179 ta' l-10.7.2004 (li qabel kienet il-kawża C-218/04).