|
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 170/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta' Mejju 2007 — Jörn Petersen vs Arbeitsmarktservice Niederösterreich
(Kawża C-228/07)
(2007/C 170/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jörn Petersen
Konvenuta: Arbeitsmarktservice Niederösterreich
Domandi preliminari
|
1) |
Benefiċċju fi flus bħala assigurazzjoni għall-qgħad, mogħti lill-persuni qiegħda li talbu li jingħataw benefiċċju ta' assigurazzjoni għal kapaċità għax-xogħol imnaqqsa jew għal inkapaċità għax-xogħol taħt l-iskema obbligatorja ta' assigurazzjoni għall-pensjoni ta' l-irtirar jew għal inċidenti, sakemm tingħata d-deċiżjoni fuq it-talba tagħhom, li tħallas bil-quddiem u sussegwentement jiġi paċut ma' dan il-benefiċċju, li sabiex jingħata jeħtieġ li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li l-persuna hija qiegħda u li tkun ikkompletat perijodu minimu ta' affiljazzjoni, iżda mhux il-kundizzjonijiet l-oħra li normalment huma wkoll meħtieġa sabiex jinkiseb il-benefiċċju tal-qgħad, jiġifieri kapaċità għax-xogħol, disponibbiltà għax-xogħol u rieda tal-persuna li taħdem, u li, barra minn dan, jingħata biss jekk, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, ikun probabbli li jingħataw benefiċċji taħt l-iskema obbligatorja ta' assigurazzjoni għall-pensjoni ta' l-irtirar jew għal inċidenti, huwa benefiċċju tal-qgħad fis-sens ta' l-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (1) ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, jew benefiċċju ta' l-invalidità fis-sens ta' l-Artikolu 4(1)(b) ta' dan ir-Regolament? |
|
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-benefiċċju in kwistjoni huwa benefiċċju tal-qgħad fis-sens ta' l-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71: l-Artikolu 39 KE jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li d-dritt għal dan il-benefiċċju huwa sospiż meta l-persuna qiegħda toqgħod barra l-pajjiż (fi Stat Membru ieħor), ħlief fil-każ ta' deroga għal massimu ta' tliet xhur, li tingħata biss fuq talba tal-persuna qiegħda, meta l-kundizzjonijiet meħtieġa jkunu sodisfatti? |
(1) ĠU L 149, p. 2.