21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/9


Appell imressaq fit-13 ta' Frar 2007 minn Smanor SA, Hubert Ségaud, Monique Ségaud kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fl-14 ta' Diċembru 2006 fil-kawża T-150/06, Smanor et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-99/07 P)

(2007/C 170/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Smanor SA, Hubert Ségaud, Monique Ségaud (rappreżentanti: J.P Ekeu u L. Roques, Avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Permezz ta' digriet tat-23 ta' Mejju 2007, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Smanor SA kif ukoll lil H.Ségaud u lil M.Ségaud ibatu l-ispejjeż tagħhom.