21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta' Ġunju 2007 (talba għal Deċiżjoni Preliminari tat-Tribunale ordinario di Novara — L-Italja) — Carp Snc di L. Moleri e V. Corsi, Associazione Nazionale Artigiani Legno e Arredamenti vs Ecorad Srl

(Kawża C-80/06) (1)

(Direttiva 89/106/KE - Prodotti tal-kostruzzjoni - Proċedura ta' attestat ta' konformità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/93/KE - Effett dirett orizzontali - Esklużjoni)

(2007/C 170/12)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Novara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carp Snc di L. Moleri e V. Corsi, Associazione Nazionale Artigiani Legno e Arredamenti

Konvenuta: Ecorad Srl

Suġġett

Talba għal Deċiżjoni Preliminari — Tribunale ordinario di Novara — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 2 u 3 ta' l-Anessi II u III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/93/KE, tal-25 ta' Jannar 1999, dwar il-proċedura għall-attestar tal-konformità ta' prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' bibien, twieqi, kontraporti, persjani, gradi u aċċessorji oħra li għandhom x'jaqsmu mal-bini (ĠU L 29, p. 51) — Kostruzzjoni ta' bibien għall-ħruġ f'każ ta' emerġenza minn mastrudaxxi li ma segwewx il-proċedura għall-attestar prevista fid-deċiżjoni — Esklużjoni?

Dispożittiv

Individwu ma jistax jinvoka fil-kuntest ta' kawża għal responsabbiltà kuntrattwali bejnu u bejn individwu ieħor mill-ksur minn dan ta' l-aħħar tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 kif ukoll ta' l-Annessi II u III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/93/KE tal-25 ta' Jannar 1999, dwar il-proċedura għall-attestar tal-konformità ta' prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' bibien, twieqi, kontraporti, persjani, gradi u aċċessorji oħra li għandhom x'jaqsmu mal-bini.


(1)  ĠU C 131 tat-3.6.2006.