21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-178/05) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Dazju kapitali - Armonizzazzjoni eżawrjenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-intaxxar ta' kull trasferiment ta' l-uffiċċju rreġistrat jew taċ-ċentru effettiv ta' l-amministrazzjoni, kemm-il darba l-kumpannija kkonċernata ma tkunx suġġetta għad-dazju kapitali fl-Istat Membru minn fejn toriġina - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta mit-taxxa l-koperattivi agrikoli u kull tip ta' assoċjazzjonijiet jew konsorzji ffurmati minnhom - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta mit-taxxa l-impriżi ta' l-armaturi, il-konsorzji marittimi u l-kumpanniji tal-bastimenti ta' kull tip - Ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa - Abbuż ta' dritt - Limitazzjoni fiż-żmien ta' l-effetti ta' sentenza’)

(2007/C 170/04)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: D. Triantafyllou. aġent]

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: S. Chala u M. Tassopoulou, aġenti]

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) — It-trasferiment ta' l-uffiċċju rreġistrat ta' kumpannija — Eżenzjoni mid-dazju kapitali għall-kumpanniji agrikoli u l- kumpanniji marittimi

Dispożittiv

1)

Permezz tal-liġi tagħha relattiva għall-impożizzjoni ta' dazju kapitali f'każ ta' trasferiment ta' l-uffiċċju rreġistrat jew taċ-ċentru effettiv ta' l-amministrazzjoni ta' kumpannija, kif ukoll għall-eżenzjoni minn dan id-dazju ta' l-impriżi ta' l-armaturi, il-konsorzji marittimi u l-kumpanniji tal-bastimenti ta' kull tip, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1985.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155 tal-25.6.2005.