21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-156/04) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 83/182/KEE - Importazzjoni temporanja tal-mezzi tat-trasport - Eżenzjonijiet mit-taxxa - Residenza normali fi Stat Membru’)

(2007/C 170/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Patakia u D. Triantafyllou, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: P. Mylonopoulos u I. Pouli, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 90 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE, tat-28 ta' Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, p. 59) — Użu proviżorju fit-territorju Grieg tal-vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet doganali japplikaw għall-vetturi provenjenti minn Stati terzi

Dispożittiv

1)

Billi jiġi pprovdut:

fl-Artikolu 18(A)(1) tal-Liġi Nru 2682/1999 li, f'każ ta' żamma jew użu fit-territorju Elleniku ta' vettura irreġistrata fi Stat Membru ieħor minn individwu li għandu r-residenza normali tiegħu fil-Greċja, il-proċedimenti kriminali normalment previsti ma jitressqux jekk il-persuna kkonċernata tħallas it-taxxa ta' reġistrazzjoni imposta u tirrinunzja għall-mezzi ta' rikors previsti mid-dritt nazzjonali kontra l-att ta' l-impożizzjoni ta' l-imsemmija taxxa, u

fl-Artikolu 18(C)(1) ta' l-istess liġi li, f'każ ta' impożizzjoni tal-multi, il-vetturi huma wkoll is-suġġett ta' immobilizzazzjoni kawtelatorja temporanja u t-tpoġġija tagħhom għad-dispożizzjoni sseħħ wara l-ħlas tal-multi dovuti u l-ħlasijiet oħra eventwali previsti,

ir-Republika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE, tat-28 Marzu 1983, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Republika Ellenika jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 106 tat-30.4.2004.