14.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 162/17 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4682 — INEOS/Lanxess' engineering thermoplastic resins business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 162/09)
1. |
Fis-6 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża INEOS (“INEOS”, ir-Renju Unit) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tan-negozju ta' raża termoplastika ta' l-inġinerija li attwalment huwa propjetà ta' l-impriża Lanxess (“Lanxess business”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4682 — INEOS/Lanxess' engineering thermoplactic resins business, fl-indirizz li ġej:
|