13.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 160/14


Emenda għall-avviż ta' kompetizzjoni EPSO/AD/95/07

(il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 103 A tat-8 ta' Mejju 2007)

(2007/C 160/06)

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Personal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali:

EPSO/AD/95/07 — Amministraturi (AD5) fil-qasam ta' l-“Informazzjoni (Librerija/Dokumentazzjoni)”

Għal din il-kompetizzjoni huwa meħtieġ livell universitarju ta' tliet snin fil-qasam jew livell universitarju ta' tliet snin segwit bi kwalifika speċjalizzata fil-qasam.

L-ebda esperjenza professjonali mhi mitluba.

Din il-kompetizzjoni hija ppubblikata bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż. L-informazzjoni kollha tinsab fuq is-sit ta' l-EPSO http://europa.eu/epso f'dawn it-tliet lingwi.

Dan l-avviż ta' kompetizzjoni kif ukoll l-avviż ta' informazzjoni fid-19-il verżjoni lingwistika l-oħra ġew ippubblikati fl-edizzjonijiet Ingliżi, Franċiżi u Ġermaniżi tal-Ġurnal Uffiċjali tat-8 ta' Mejju 2007.

Biex l-informazzjoni tkun iktar disponibbli, l-awtorità li taħtar iddeċidiet li tippubblika dan l-avviż ta' informazzjoni fid-19-il verżjoni lingwistika ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali u konsegwentement li terġa' tiftaħ id-data ta' l-għeluq għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet. Id-data ta' l-għeluq il-ġdida ser tkun14 Awissu 2007.

Il-ftuħ mill-ġdid tal-perjodu ta' applikazzjoni bl-ebda mod ma jaffettwa l-pożizzjoni ta' dawk il-kandidati li huma diġà rreġistrati.

Ħlief jekk ma jkunx indikat mod ieħor, l-avviżi oriġinali tal-kompetizzjoni mhux ser jinbidlu. B'mod partikolari, il-kriterji għall-ammissjoni ser jibqgħu l-istess bħal dawk ippreżentati f'dan l-avviż: kwalunkwe persuna li tapprofitta ruħha mill-ftuħ mill-ġdid taż-żmien biex tagħmel l-ewwel applikazzjoni għandha tivverifika li tkun issodisfat dawk il-kondizzjonijiet fid-data ta' l-għelqu imsemmija fl-avviż ta' kompetizzjoni oriġinali (jiġifieri fis-7 ta' Ġunju 2007).

IMPORTANTI: il-kandidati li l-applikazzjoni tagħhom diġà ġiet irreġistrata fid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż ma jistgħux jippreżentaw ruħhom it-tieni darba. Dan japplika wkoll għal dawk li diġà għamlu l-eżami kif ukoll għal dawk il-kandidati li kienu applikaw iżda li ma għamlux l-eżami.

L-informazzjoni utli kollha tinsab fuq is-sit internet ta' l-EPSO.