11.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/12


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4672 — E.ON/Endesa Europa/Viesgo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 158/08)

1.

Fit-2 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża E.ON A.G. (“EON”, il-Ġermanja) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll waħdieni ta' Endesa Europa, S.L (“Endesa's businesses”, Spanja), ta' ċerti assi u drittijiet ta' Endesa, S.A., Madrid (“Endesa”, Spanja), u ta' ċerti sussidjarji tal-kumpanija Taljana ENEL S.p.A fi Spanja (“Viesgo”) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal E.ON: il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta' l-elettriku, kif ukoll ix-xiri u l-bejgħ ta' gass naturali għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku domestiku;

għal Endesa Europa: l-attivitajiet tan-negozju ta' Endesa fis-settur ta' l-elettriku fil-pajjiżi Ewropej barra Spanja;

għal Endesa's businesses: ċerti assi tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku lokalizzati fi Spanja u li bħalissa huma proprjetà ta' Endesa.

għal Viesgo: il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta' l-elettriku fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4672 — E.ON/Endesa Europa/Viesgo, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.