7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 155/40 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Mejju 2007 — Longevity Health Products Inc. vs L-UASI — Celltech (Cellutrim)
(Kawża T-169/07)
(2007/C 155/72)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products Inc. (Nassau, Bahamas) (rappreżentant: J.E. Korab, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Celltech Pharma GmbH & Co. KG
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tas-7 ta' Marzu 2007 u tiċħad it-talba għall-annullament imressqa minn Celltech Pharma GmbH & Co. KG tat-trade mark Komunitarja Nru 3 979 036; u |
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba ta' annullament: It-trade mark verbali “Cellutrim” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 (Trade mark Komunitarja No 3 979 036).
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: Celltech Pharma GmbH & Co. KG
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Annullament tat-trade mark Komunitarja in kwistjoni għall-prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Motivazzjoni żbaljata tal-Bord ta' l-Appell peress li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti