7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Mejju 2007 — Procter & Gamble vs L-UASI (Pilloli kwadri bojod b'disinn ta' fjura kkulurita)

(Kawżi magħquda T-241/05, minn T-262/05 sa T-264/05, T-346/05, T-347/05, minn T-29/06 sa T-31/06) (1)

(Trade mark Komunitarja - Talba għal trade marks Komunitarji tridimensjonali - Pilloli kwadri bojod b'disinn ta' fjura kkulurita - Motiv assolut ta' rifjut - Artikolu7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' karattru distintiv)

(2007/C 155/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: avv. G. Kuipers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Schennen, u wara, G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Disa' appelli kontra d-deċiżjonijiet ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-14 ta' April 2005 (każ R 843/2004-1), tat-3 ta' Mejju 2005 (każ R 845/2004-1), ta' l-4 ta' Mejju 2005 (każ R 849/2004-1) ta' l-1 ta' Ġunju 2005 (każ R 1184/2004-1), tas-6 ta' Lulju 2005 (każijiet R 1188/2004-1 u R 1182/2004-1), tas-16 ta' Novembru 2005 (każ R 1183/2004-1), tal-21 ta' Novembru 2005 (każ R 1072/2004-1) u tat-22 ta' Novembru 2005 (każ R 1071/2004-1) dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tat-trade marks tridimensjonali.

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205 ta' l-20.8.2005.